Now Showing
Galleria Shopping & Entertainment Centre

ID-DESTIN (Starts Showing: 5th May)
ID-DESTIN (Starts Showing: 5th May)
| Rating TBA | Duration 95min mins |

Temmen int bid-destin? Ħafna minn nies jemmnu li dak li hemm miktub għalina ma jħassru ħadd, u hemm oħrajn li jemmnu li d-destin huwa biss skuża li wieħed jista' iġib lilu nnifsu f’każ ta' mument iebes.

 Il-'film', "Id-Destin", huwa bbażat fuq ħajjet Ethan Costa, persuna li l-kurrent tal-ħajja kaxkru u ġarru miegħu għal-għonq it-triq; triq li l-istess Ethan Costa xejn ma kien komdu fiha. Dan kollu baqa' iseħħ sakemm il-ħajja ddeċidiet li tibgħat messaġġ ta' tama lilEthan.Messaġġ bl-isem ta' Aurora Cole.

 L-imħabba għandha l-maġija li tnessi, li tbiddel u fuq kollox li tfejjaq; tfejjaq weġgħat li n-nies ta' madwarna kienu kapaċi jgħadduna minnhom. Dan hu l-messaġġ li Ethan Costa irċieva.

Għaldaqstant, jekk int wieħed minn dawk li temmen li aħbar tajba tista' tnessi jew tbiddelit-traġedja ta’ ħajja li tkun għaddej minnha, mela nista' niggarantilek li sejjer żball.

 Ġrajja b’ingredjenti ta’ destin u destinazzjonijiet differenti li jagħqdu destin wieħed. Familji, għira, vendetti, vendikazzjonijiet, piki u wara kollox jew fuq kollox: l-imħabba. Għaliex hekk hija mibnija l-ġrajja tal-bniedem.

 Id-destin tiegħek sejjer iwasslek saċ-ċinema f’Mejju li jmiss? Inkunu nafu dalwaqt!

 

Upcoming Events

About

The Galleria Shopping & Entertainment Centre, Fgura is the Gateway to the South of Malta. We pride ourselves in giving our customer the most value for money shopping and entertainment experience. We look forward to welcome you here!! At The Ga...

Get In Touch

Galleria Shopping Complex
Zabbar Road,
Fgura FGR1010
Phone: 21808000

Follow us

Keep in touch by using any of the services below.